Edukazzjoni Lokali Parlament

L-ETC żżid in-nefqa fi tliet oqsma tal-operat tagħha

Spiża akbar ukoll dovuta għal żieda fl-impjegati full-time

L-estimi finanzjarji tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) juru li s-sena li għaddiet kienet reġistrata żieda fuq is-sena ta’ qabel fl-infiq ta’ office supplies, tal-Marketing and Advertising u żieda fin-nefqa fuq spejjeż legali u professjonali.

Id-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici staqsa lill-Ministru Evarist Bartolo jindika għalfejn kien hemm dawn iż-żidiet fl-infiq.

Fit-tweġiba li ta fil-Parlament, il-Ministru Bartolo qal li jinsab infurmat li ż-żieda fl-infiq tal-office supplies min-naħa tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-perjodu indikat kien dovut għal żieda fil-konsum minħabba proġetti ġodda relatati ma’ Sheltered Employment Training (SET), l-Enhancing Employability through Training (EET); u t-Training Aid Framework (TAF2), u żieda wkoll fl-impjegati full-time.

Iż-żieda fl-infiq tal-marketing & advertising kienet dovuta wkoll għat-tliet proġetti ġodda msemmija relatati mas-SET, l-EET u t-TAF2.

Dwar iż-żieda fin-nefqa fuq spejjeż legali u professjonali, il-Ministru Bartolo qal li din kienet dovuta għal xogħol ta’ konsulenza fuq skemi u proġetti tal-UE u t-tħejjija ta’ rapport “ETC – Strategic Assessment of Training Operations”.