Internazzjonali

Mijiet ta’ bram kbar jittellgħu fuq xtajtiet tar-Renju Unit

Mijiet, jekk mhux eluf, ta’ bram spiċċaw ittellgħu mill-baħar fuq ix-xtajtiet tal-kosta tal-Lbiċ tar-Renju Unit.

Ħafna qed iqabblu d-dehra tal-bajjiet ma’ xi ħaġa ħierġa minn film tas-science fiction.

L-iktar li jidher li ntlaqtu kienu x-xtajtiet ta’ Cefn Sidan f’South Wales u Dawlish Warren mal-kosta ta’ Devon.

L-awtoritajiet avżaw lill-pubbliku biex ma jmissx il-bram għaliex għalkemm mhumiex ta’ periklu, jistgħu jħallu tingiż qawwi qisu ta’ ħurrieq.

Il-kwantità ta’ bram fil-baħar madwar ir-Renju Unit żdiedet fl-aħħar snin minħabba ż-żieda fit-temperatura u l-bidla fil-kimika tal-baħar.