Lokali

NEWSDESK jiddiskuti l-Politika Soċjali

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar il-Politika Soċjali.

Il-mistiedna se tkun il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u x-shadow minister għall-Politika Soċjali Dr. Paula Mifsud Bonnici.

Dawk f’riskju ta’ faqar żdiedu, kif żdied ukoll il-prekarjat. X’inhi r-roadmap tal-Gvern Laburista f’dan il-qasam?

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.20pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.