Omm żgħażugħa u t-tarbija tagħha nstabu ħajjin ħamest ijiem wara li l-ajruplan li kienu qed jivvjaġġaw fuqu ġġarraf qalb il-ġungla, lejn il-Punent tal-Kolombja.
L-awtoritajiet tal-qawwiet tal-ajru Kolombjani fissru l-każ bħala ‘miraklu’ wara li Maria Nelly Murillo, ta’ tmintax il-sena, u binha li għad għandu sena, nstabu mill-gruppi tan-nies li ħarġu jfittxuhom qalb l-aħrax fil-provinċja ta’ Choco.
Murillo u t-tarbija nstabu mhux ‘il bogħod minn fejn kien niżel l-ajruplan – tat-tip Cessna – bl-omm tispiċċa ssofri minn feriti u ħruq u biċ-ċkejken tagħha jinstab qawwi u sħiħ.
L-ajruplan, li kien qed iġorr kwantita ta’ ħut u coconuts, kien qed jivvjaġġa mill-belt ta’ Nuqui lejn Quibdo, il-kapitali ta’ Choco, meta għeb minn fuq ir-radar tal-awtoritajiet ċivili. Dan kien seħħ xi 20 minuta biss mill-bidu tal-vjaġġ, bil-pilota tal-ajruplan jibqa’ ma jweġibx għas-sejħiet urġenti. Ħadd għadu ma jaf ir-raġuni għalfejn l-ajruplan kellu jiġġarraf fir-reġjun ta’ Alto Baudo.
//= $special ?>