Kien hemm attakk terroristiku Saint-Quentin-Fallavier f’Grenoble fi Franza kontra impjant tal-gass. Jidher li fl-attakk wieħed mill-ostaġġi inqatel u rasu tpoġġiet mal-gate tal-impjant b’kitba Għarbija magħha.
Skont l-ewwel rapporti, min wettaq l-attakk qed isostni li hu tal-ISIS u hemm xi persuna arrestata. L-attakk seħħ fil-fabbrika Air Products.
Bernard Cazeneuve, il-Ministru tal-Intern Franċiż, qal li hemm raġel arrestat li kien identifikat bħala Yacine Sali u li kien ilu jqanqal suspetti tal-frozi tas-sigurta Franċiżi mill-2006 minħabba simpatiji mal-estremisti Iżlamiċi. Imma Cazeneuve insista wkoll li s’issa Sali qatt ma kellu inkwiet mal-Pulizija.
Hemm raġel ieħor li jidher li kien kompliċi ta’ Sali u li nqatel.
ID-DETTALJI GĦADHOM DIEĦLIN
//= $special ?>