Futbol Sport

Birkirkara jfittxu li jikkonkludu ma’ numru ta’ barranin oħra

Hekk kif ilbieraħ Birkirkara F.C. ippreżentaw l-iskwadra tagħhom, uffiċjalment huma għandom lil Fabrizio Miccoli, Vito Plut, Ellinton Morais, Mauricio Mazzetti, Nikola Vukanac, Rafael Ledesma u Shola Shodiya bħala barranin irreġistrati.

Ġew preżentati wkoll numru ta’ plejers oħra, fosthom l-eks PSG u midfielder avvanzat Adama Traoré. Madankollu s’issa dawn għadhom ma ffirmawx.

Intant fl-iskwadra rritornaw Andrew Scicluna u Terence Vella, li kienu mislufa lil Naxxar Lions, u Daniel Zerafa li kien misluf lil St. George’s.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).