Futbol Sport

Għada mistennija laqgħa importanti bejn Ħamrun Spartans u Victor Spiteri

Dan is-sit hu nfurmat li għada filgħodu se ssir laqgħa importanti bejn reppareżentanti ta’ Ħamrun Spartans u Victor Spiteri, magħruf aħjar bħala ‘Karrettuni’, bil-possibilta’ li dan jifforma parti mill-kumitat eżistenti.

Spiteri jista’ jkunu saħansitra l-President ġdid tal-klabb hekk kif fl-aħħar jiem saru sensiela ta’ laqgħat bejn iż-żewġ partijiet b’dan l-għan.

Preżentament Spiteri hu l-President tal-Valletta United Waterpolo Club u fil-passat kien ukoll elett bħala membru fil-Kumitat ta’ Valletta F.C. fl-era attwali ta’ Victor Sciriha. Madankollu Spiteri dam biss ftit jiem jifforma parti minn dan il-kumitat.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).