It-tfal mhux se jkollhom skola dakinhar tal-laqgħa taċ-CHOGM u bħalissa qed jintbgħatu ċirkulari lill-Kapijiet tal-Iskejjel biex jinfurmaw lill-għalliema u lit-tfal b’din id-deċiżjoni.
F’aħbar ippubblikata fil-ġurnal Times of Malta intqal li fis-27 ta’ Novembru, it-tfal se jkollhom ġurnata mingħajr skola biex ikunu jistgħu jattendu għall-attivitajiet marbuta ma’ din il-laqgħa li tiġbor flimkien il-mexxejja tal-istati tal-Commonwealth.
Ir-rapport jgħid ukoll li din l-aħbar ġiet konfermata minn kelliem tal-Ministeru tal-Edukazzjoni.
//= $special ?>

