Għat-tieni sena konsekuttiva, Vassallo Group ippreżenta x-Shine Awards f’serata li fiha diversi ħaddiema ġew ippremjati f’diversi kategoriji u rċievew rikonoxximent għas-snin ta’ ħidma fid-diversi kumpaniji li tal-Grupp.
Is-serata saret f’The Diamond f’Ħal Qormi u kienet ippreżentata minn Corazon Mizzi. Għal din is-sena, l-Kumitat Organizzativ ħaseb biex jiġu ppremjati impjegati fi 12-il kategorija: il-Customer Focus Award, il-Green Initiatives Award, is-Successful Project Award, is-Service Quality Award, l-Exposure to Group on Social Media Award, l-iSmart Appearance Award u l-Best Arkati Foundation Ambassador Award.
Imbagħad kien hemm ukoll il-kategoriji l-aktar missielta: il-Best Employee Award, il-Best Supervisor Award u l-Best Manager Award. Matul is-serata, kien hemm ukoll numru ta’ unuri li ngħataw b’sorpriza lil diversi ħaddiema, fosthom l-unur ta’ 40 sena servizz.
Fid-diskors tal-okkażjoni, iċ-Chairman ta’ Vassallo Group Nazzareno Vassallo tkellem dwar il-kisbiet kbar li l-kumpanija għamlet fl-aħħar snin, filwaqt li ħabbar ukoll li fiż-żmien li ġej mistennija jinfetħu żewġt idjar għall-persuni b’diżabbiltà bl-iskop li dawn ikomplu jiżdiedu fil-ħames snin li ġejjin.
Iċ-Chairman ta’ Vassallo Group irringrazzja lill-aktar minn 1,700 impjegat li jaħdmu fi ħdan il-kumpanija u rrikonoxxa li s-suċċess tal-Grupp fl-aħħar 69 sena seta’ jseħħ biss grazzi għad-determinazzjoni u l-enerġija li l-ħaddiema juru fil-post tax-xogħol. Stqarr, li hu fl-interess tal-Grupp li jkompli jinvesti fil-ħaddiema tiegħu billi joffrilhom kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar, kif ukoll taħriġ u żvilupp.
Għal dan il-għan, Vassallo Group għadu kif inawgura wkoll Ċentru għat-Tahriġ u l-Iżvilupp ħalli l-ħaddiema kollha jkunu jistgħu jitħarġu aktar.
//= $special ?>

