COPA AMERICA: Paolo Guerrero skorja hat-trick hekk kif il-Peru għeleb lill-Bolivja 3-1 u għadda għas-semifinali tal-Copa America fejn issa jiltaqgħu kontra l-organizzaturi ċ-Ċile.
L-attakkant ta’ Flamengo kien naqas milli jiskorja gowl fil-fażi tal-gruppi imma kiseb l-ewwel wieħed tiegħu fit-turnament wara 20 minuta f’Temuco b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ Juan Vargas.
Tliet minuti wara Guerrera rdoppja minn kontra-attakk veloċi wara li rċieva mingħand Christian Cueva,
Qabel il-mistrieħ Farfan heżżeż il-mimduda bi freekick dirett u Guerrero għaqqad il-hat-trick tiegħu fl-74 minuta wara li nterċetta pass ħażin ta’ Bejarano.
Marcelo Moreno naqqas l-iskor minn penalty sitt minuti mit-tmiem għal fawl ta’ Ronald Raldes fuq is-sostitut Yordy Reyna.
“Qed nitjiebu minn logħba għal oħra. Ma kienx hemm wisq nies li emmnu fina qabel beda t-turnament imma erġajna wrejna li aħna tim validu,” qal Guerrero li issa skorja 24 gowl bil-flokk nazzjonali u jinsab ferm viċin l-aqwa skorer ta’ kull żmien għall-Peru, Teofilo Cubillas li skorja 26 gowl.
Is-semifinali bejn il-Peru u ċ-Ċile se tintlagħab sbieħ it-Tlieta filgħodu fin-00.30 a.m.
Kmieni dalgħodu kellha tintlagħab il-kwarti tal-finali bejn l-Arġentina u l-Kolombja waqt li dik bejn il-Brażil u l-Paragwaj tintlagħab fil-lejl li ġej sbieħ il-Ħadd fin-00.30 a.m. wkoll.
//= $special ?>

