Ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali dalgħodu:
IN-NAZZJON b’rapport u dettalji dwar kif id-Direttur ta’ 18-il sena f’kumpanija mwaqqfa mill-Gvern hu n-neputi taċ-Chief of Staff tal-Ministru Chris Cardona.
L-ORIZZONT b’rapport dwar kif il-GWU qed tiffoka fuq l-interess tal-ħaddiema tad-De La Rue. Dan wara artiklu li deher f’sezzjoni tal-media li skont il-GWU kien intenzjonat li jagħti palata lill-UĦM. B’storja wkoll dwar kif l-eks-Direttur Ġenerali tal-NSO insista li qatt m’għadda informazzjoni lill-eks Ministru Tonio Fenech.
THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar id-Direttur ta’ 18-il sena u li dan jiġi n-neputi taċ-Chief of Staff tal-Ministru Chris Cardona.
TIMES OF MALTA b’rapport dwar il-Kunsill Ewropew li fil-qofol tad-diskussjonijiet kellu l-kriżi tal-Greċja. Rapport ukoll fil-faċċata ta’ dan il-ġurnal b’dettalji dwar kif f’jum iċ-CHOGM, it-tfal tal-iskejjel mhux se jkollhom skola.
//= $special ?>
