Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna l-attaki li seħħew illum fit-Tuneżija, Franza u l-Kuwajt, filwaqt li jwassal il-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi.
Fi stqarrija mix-Xadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Roberta Metsola u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni ghall-Affarijiet Barranin Tonio Fenech, intqal li l-attakki li seħħew illum juru aktar minn qatt qabel li t-terroriżmu huwa fenomenu globali li ma jagħmilx distinzjoni bejn popli differenti ta’ reliġjonijiet u nazzjonalitajiet differenti.
Il-Partit Nazzjonalista qal li f’mumenti bħal dawn kulħadd għandu jkun magħqud kontra l-estremiżmu, filwaqt li tenna li t-terroriżmu mhuwiex se jintimida jew jirbaħ, iseħħ fejn iseħħ.
//= $special ?>

