Mietu talanqas 25 persuna f’attakk suwiċida li kien dirett kontra moskea tax-Xiti fil-Kuwajt.
It-terrur seħħ waqt li mijiet tal-Musulmani kienu qed jattendu s-sessjoni tat-talb ta’ nhar ta’ Ġimgħa fil-Moskea ta’ Imam Sadiq, li tinsab f’distrett attiv fil-lvant tal-Belt tal-Kuwajt.
Il-Ministeru tal-Intern fil-Kuwajt qalu li sfaw feruti aktar minn 200 persuna fi splużjoni ta’ bomba f’sezzjoni tal-moskea, bil-filmati juru numru ta’ midruba minxurin mal-art fost il-fdalijiet ta’ bini.
Aktar tard, grupp li hu affiljat mal-ISIS qal li kien wettaq dan l-attakk li hu anki l-ewwel wieħed li qatt seħħ fuq moskej tax-Xiti fil-Kuwajt.
//= $special ?>