Madwar €6,500 fi flus kontanti nsterqu minn raġel mgħammad u armat b’sikkina minn ħanut tal-logħob ilbieraħ għall-ħabta tal-9.50 ta’ filgħaxija fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-ħalliel hedded lill-impjegat tal-istabbiliment, ġuvni ta’ 23 sena, bl-arma u talbu l-flus. Hekk kif l-impjegat tahomlu, l-ħalliel ħarab jiġri ‘l barra.
Is-serqa qed tiġi investigata mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali flimkien mal-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra. Inħatru ukoll diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>

