Internazzjonali

L-ISIS joqtol 120 ċivili f’Kobane

Il-ġiħadisti tal-ISIS fis-Sirja qatlu ‘l fuq minn 120 ċivili mindu bdew offensiva ġdida fuq il-belt ta’ Kobane, qrin il-fruntiera ta’ dan il-pajjiż.

Kelliema għas-Syrian Observatory for Human Rights qalu li l-ġiħadisti ‘fetħu n-nar fuq kulma ġie quddiemhom’ mindu fetħu dan l-attakk fuq Kobane, nhar il-Ħamis.

L-inħawi ta’ Kobane, f’Jannar, saru simbolu tar-reżistenza tal-Kurdi meta l-ġellieda ta’ dik il-komunita rnexxielhom jitfgħu lura lill-ġiħadisti. Dan wara assedju mill-ISIS fuq il-belt li kien dam għaddej għal diversi xhur.

Fil-preżent, l-ISIS anki qed imexxi attakk separat fuq il-belt ta’ Hassakeh, lejn il-Grigal tas-Sirja, fejn fl-aħħar sigħat irriżultaw talanqas 60,000 refuġjati.