Illum kien imiss lill-Judoka Marcon Bezzina li tildħol fl-azzjoni waqt il-Logħob tal-Ewropa li qed isir f’Baku fl-Ażerbajġan u jintemm il-Ħadd.
Bezzina ħadet sehem fil-kategorija -63 kg fejn tilfet kontra l-Iżvediża Mia Hermansson b’Ippon wara 2 minuti u 33 sekonda fir-round tal-aħħar 32.
Għada filgħodu jkun imiss lill-Judoka ta’ 21 sena Isaac Bezzina li jidħol fl-azzjoni kontra l-Britanniku Benjamin Fletcher fil-kategorija -100kg.
Intant ir-Russu Daniil Pakhomov waqqaf rekord fil-100m butterfly li hu t-tielet rekord tad-dinja tal-Juniors imwaqqaf f’Baku.
Pakhomov għam id-distanza f’52.25 sek fil-heat, jum biss wara li rebaħ id-deheb fil-200m butterfly.
Ir-rekord tiegħu għen lil-għawwiema Russi rġiel jidħlu lura fit-tiġrija man-nisa Russi li s’issa waqqfu żewġ rekords tal-Juniors u rebħu 22 midalja meta mqabbla mal-10 midalji mirbuħa mill-komptrijotti rġiel.
Il-Ħamis Maria Asrtashkina waqqfet rekord fil-200m breaststroke f’2:23.06 minuti u mbagħad flimkien ma’ Mariia Kameneva, Polina Egorova u Irina Openysheva waqqfu rekord fil-4x100m f’4:03.22 minuti.
Fil-boxing, fil-final tal-kategorija lightweight (57-60kg) l-Irlandiża Katie Taylor rebħet id-deheb wara li ssuperat lil Yana Alekseevna tal-Ażerbajġan.
//= $special ?>
