Id-difensur Malti Luke Dimech lura ma’ Sliema Wanderers fejn mistenni jqatta’ l-aħħar staġun tal-karriera tiegħu.
Dimech għandu 38 sena, u matul il-karriera twila tiegħu lagħab ma’ Lincoln City, Mansfield Town, Chester City u Macclesfield fl-Ingilterra, Shamrock Rangers fl-Irlanda, AEK larnaca f’Ċipru u l-istess Sliema Wanderers, Birkirkara F.C., Valletta F.C. u Mosta F.C. f’Malta.
L-istess Dimech lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena u t-tim nazzjonali tal-kbar.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

