Internazzjonali

Miet l-attur Patrick Macnee ta’ ‘The Avengers

Tħabbret il-mewt tal-attur Ingliż Patrick Macnee li kien popolari ħafna fis-snin Sittin u Sebgħajn peress li kien il-protagonist fis-serje televiżiva Ingliża’The Avengers’ bħala John Steed.
Macnee kellu 93 sena u miet fid-dar tiegħu f’Rancho Mirage f’Kalifornja.
Macnee kien spikka għall-mod qaxxar il-parti tar-raffinat Steed fis-serje.
Apparti t-televiżjoni, hu ħadem f’diversi films fosthom wieħed ta’ James Bond, “A View to A Kill” kif ukoll videos mużikali fosthom tal-Pretenders’ “Don’t Get Me Wrong” (bħala Steed) u tal-Oasis’ “Don’t Look Back in Anger.”