Futbol Sport

Numru ta’ klabbs interessati fil-goalkeeper Coblis

M’humiex biss Pembroke li huma nteressati fil-goalkeeper Rumen ta’ San Ġwann Andrei Coblis hekk kif Replay hu nfurmat li l-goalkeeper se jħalli l-klabb neo promoss fl-Ewwel Diviżjoni.

Sorsi qrib dan is-sit spjegaw kif fl-aħħar jiem San ġwann irreġistraw interess minn żewġ klabbs oħra tal-Kampjonat Premier u klabb barrani.

San Ġwann mistennija jaċċettaw l-aqwa offerta.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).