TRASFERIMENTI: Il-gowlkiper ta’ Chelsea Petr Cech għamel eżami mediku ma’ Arsenal ilbieraħ biex ikun jista’ jkompli l-karriera fl-Emirates.
Il-klabb aċċetta l-offerta li saritlu u l-plejer ta’ 33 sena aċċetta termini personali biex sar l-ewwel akkwist ta’ Arsenal għal dan is-sajf.
L-internazzjonali Belġjan Thibaut Courtois li għandu 23 sena sar l-ewwel għażla ta’ Chelsea l-istaġun li għadda u ħalla lill-gowlkiper tar-Repubblika Ċeka – li fadallu sena oħra kuntratt – ifittex x’imkien ieħor.
Huwa lagħab 16-il darba mal-Blues l-istaġun li għadda u kien ilu fi Stamford Bridge għal 11-il sena.
Cech lagħab aktar minn 300 logħba ma’ Chelsea u rebaħ erba’ kampjonati, erba’ darbiet l-FA Cup, tliet darbiet il-League Cup, Champions League u Europa League.
Huwa kien sieħeb lil Chelsea mingħand Rennes fl-2004.
Ix-xahar li għadda l-aġent ta’ Cech kien qal li kien ingħata permess biex jitkellem ma’ klabbs oħra minkejja li l-manager Jose Mourinho xtaqu jibqa’ fi Stamford Bridge.
Arsenal li dan l-istaġun rebħu l-FA Cup kienu qed jalternaw bejn il-gowlkipers Wojciech Szczesny u David Ospina.
//= $special ?>

