Sport

Pool: Żewġ timijiet eliminati fis-Semi-Finali

It-timijiet Maltin dak taż-żgħażagħ taħt it-18-il sena u tal-Over 50’s kienu eliminati fis-semifinali mill-kampjonati mondjali tal-Pool fi Blackpool. Is-żewġ timijiet tilfu fil-frame deċiżiv bit-Tim U/18 jiltef 12-13 kontra l-Awstralja filwaqt li t-Tim ta’ Over 50 tilef 4-5 kontra l-Ingilterra.

It-tim tal-irġiel kien impenjat f’żewġ logħbiet fejn l-ewwel tilef 9-12 kontra l-Iskozja imma rkupra u rebaħ fit-tieni konfront 13-8 fuq l-Irlanda ta’ Fuq. Meta fadal żewġ logħbiet fil-fażi tal-gruppi Malta tinsab fit-tielet post u ċerta minn post fil-kwarti tal-finali.

Brian Grech kien eliminat fil-kwarti tal-finali tal Ovor 50 filwaqt li Dylan Cassar kien megħlub fis-semifinali tal-U/23.

Bejn għada u l-Ħadd jintlagħab it-turnament internazzjonali World Masters li fih se jieħdu sehem il-plejers Maltin tal-kategorija tal-irġiel.