Lokali

S’issa ma ġewx identifikati Maltin involuti fl-attakk tat-Tuneżija

S’issa jidher li m’hemm l-ebda Malti jew Maltija involuti fl-attakk terroristiku li seħħ f’żewġ lukandi f’Sousse, post turistiku fit-Tuneżija.

MaltaRightNow.com fl-aħħar ħin ikkuntattja kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fejn ġie konfermat li s’issa m’hemmx Maltin involuti fl-attakk li seħħ, u li s’issa ħalla 27 persuna mejta.

Il-kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qal li l-Ministeru ħa jibqa’ għaddej b’komunikazzjoni mat-Tuneżija biex jibqa’ jinżamm aġġornat dwar il-qagħda tal-Maltin f’dan il-pajjiż.

Siti tal-aħbarijiet internazzjonali qed jgħidu li s’issa l-attakk ħalla 27 persuna mejta minn numru ta’ pajjiżi differenti.