Sport

Boca jikkonfermaw ir-ritorn ta’ Tevez

TRASFERIMENTI: Boca Juniors ikkonfermaw ir-ritorn tal-Arġentin Carlos Tevez.

Il-plejer ta’ 31 serna lagħab ma’ Boca bejn l-2001-04 wara diversi snin mat-tim tal-Youth fi Buenos Aires qabel kellu staġun brillanti mal-klabb Brażiljan ta’ Coritnhians segwit minn esperjenza pożittiva fl-Ewropa.

Tevez li lagħab 70 darba mat-tim nazzjonali beda l-avventura fl-ewropa fl-Ingilterra ma’ West Ham qabel sieħeb lil Manchester United u Manchester City u dan l-aħħar ma’ Juventus.