Futbol Sport

Daniel Bogdanovic iġedded b’sena l-kuntratt ma’ Xewkija Tigers

L-eks attakkant internazzjonali Malti Daniel Bogdanovic laħaq ftehim biex iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Xewkija Tigers għal staġun ieħor.

Matul il-karriera tiegħu Bogdanovic, li għandu 35 sena, lagħab ma’ numru ta’ klabbs fosthom Vasas SC , Cherno More u Lokomotiv Sofia  fl-Ungerija, Atletico Roma fl-Italja, Barnsley FC, Sheffield United, Blackpool, Rochdale AFC u Notts County fl-Ingilterra kif ukoll Sliema Wanderers, Marsaxlokk, Floriana, Mosta u Victoria Wanderers f’Malta.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).