Il-grupp Olandiż tad-drittijiet tan-nisa Women on Waves beda se juża d-drones biex mill-Ġermanja jwassal pilloli li jwasslu għall-abort fil-Polonja, fejn dawn huma illegali.
Il-pilloli qed jittajru lejn il-belt Pollakka ta’ Slubice, fejn attivisti nisa oħra se jkunu qed jistennewhom għal dawk li jkunu fil-bżonn.
Rebecca Gomperts, il-mexxejja tal-grupp, qalet li l-grupp ħa din l-inizjattiva biex jattira l-attenzjoni internazzjonali għal-liġijiet restrittivi dwar l-abort fil-Polonja. Hi qalet li bid-drones ma kienu se jkunu qed jiksru ebda liġi għaliex dawn kienu se jkunu qed jintużaw f’zoni fejn m’hemmx titjiriet kummerċjali u jiżnu anqas minn ħames kilogrammi.
Il-grupp se jkun qed iwassal il-pilloli mifepristone u misoprostol li jittieħdu sa disa ġimgħat tat-tqala. Il-gruppi kontra l-abort fil-Polonja min-naħa tagħhom qalu li kienu se jkunu għassa għal dawn id-drones biex iwaqqgħuhom.
Il-Women on Waves fil-passat kienu kkawżaw kontroversja meta ppruvaw jidħlu f’pajjiżi fejn l-abort hu illegali beix joffru s-servizzi tagħhom b’xejn.
Drone għall-abort
