Internazzjonali Unjoni Ewropea

Ebda aktar self lill-Greċja

Jeroen Dijsselbloem (ritratt), il-kap tal-Eurogroup, il-grupp ta’ pajjiżi li jużaw l-ewro, ħabbar li ma kienx se jingħata aktar self lill-Greċja.

Il-Greċja kienet talbet li s-self jiġi estiż wara t-30 ta’ Ġunju – l-istess data meta l-Greċja trid tħallas lura 1.6 biljun ewro. Imma s-Sibt Dijsselbloem qal li ma kien se jingħata ebda aktar self lill-Greċja.

Dan wara li l-Ġimgħa filgħaxija, il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras sorprenda lil kullħadd meta ħabbar li kien se jsejjaħ referendum f’Lulju biex ikun il-poplu Grieg li jiddeċiedi x’għandu ssir. Imma din id-deċiżjoni ħasdet lil kullħadd hekk kif kollox kien qed juri li kien se jkun hemm ftehim.

Hu qal li issa se jkun diskuss il-konsegwenzi ta’ dawn l-aħħar żviluppi.