Lokali

Filmat: Id-Deputat Laburista Deborah Schembri ma tgħidx meta l-Gvern se jippubblika l-ftehim dwar l-Universita’ Amerikana

Waqt il-programm Xarabank, li ddiskuta l-iżvilupp tal-Universita’ Amerikana fiż-Żonqor, spikka l-mod kif id-Deputat Laburista Deborah Schembri naqset milli tgħid meta l-Gvern se jippubblika l-ftehim mal-Gordaniżi.

Il-mistiedna waqt il-programm Xarabank kien Michael Brigulio f’isem il-Front Ħarsien ODZ u l-President tal-Malta Developers’ Association Sandro Chetcuti.

Waqt il-programm għamel numru ta’ interventi l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent, l-Artijiet, il-MEPA u l-Infrastruttura Ryan Callus.

Ara l-filmat t’hawn fuq b’siltiet mid-dibattitu tal-Ġimgħa.