L-attakki terroristiċi tal-Ġimgħa spikkaw fil-faċċati tal-ġurnali Maltin ippubblikati llum.
IN-NAZZJON b’żewġ ritratti mill-attakki terroristiċi fit-Tuneżija u fi Franza. Stejjer oħra jidhru wkoll fl-ewwel paġna u li jkomplu jidħlu f’aktar dettal fil-paġni ta’ ġewwa, fost l-oħrajn storja dwar il-kummenti tal-Ministru Chris Cardona b’rabta mad-Direttur ta’ 18-il sena f’kumpanija mwaqqfa mill-Gvern u dwar l-indirizz tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil waqt l-Akkademja tas-Sajf tal-fergħa tan-nisa tal-Partit Popolari Ewropew.
THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt mill-attakk terroristiku fit-Tuneżija. Apparti minn hekk, il-Malta Independent tgħid li talbet lis-Segretarju Parlamentari Michael Falzon sabiex jippubblika kopja tal-ftehim li għandu mal-Bank of Valletta b’rabta mal-iskema ta’ irtirar kmieni li bbenefika minnha.
L-ORIZZONT b’ritratt mill-attakk fit-Tuneżija. Fil-faċċata tal-Orizzont rapport ieħor dwar l-eks Direttur tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika Michael Pace Ross.
TIMES OF MALTA tiddedika l-faċċata kollha tagħha għall-attakki li seħħew il-Ġimgħa, b’titlu kbir jaqra “Terrorist attacks”.
//= $special ?>