Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella fl-aħħar sigħat għamel kuntatt dirett mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tuneżin Taïeb Baccouche. Dan wara l-attakk tal-Ġimgħa f’Sousse, li ħalla 39 persuna mejta.
Fil-konversazzjoni kellu l-Ministru George Vella mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tuneżin, Vella ħeġġeġ lil Baccuouche sabiex il-Gvern li jifforma parti minnu ma jħallix attakki terroristiċi bħal dawn jimminaw jew jheddu l-istabbilta’ politika li l-Gvern Tuneżin irnexxielu jibni bi tbatija u persevaranza matul l-aħħar snin wara r-rivoluzzjoni Tuneżina.
Ilbieraħ, MaltaRightNow.com wassal l-aħħar informazzjoni b’rabta mal-attakki li seħħew fi Franza u fil-Kuwajt, iżda b’mod partikolari b’rabta mal-pajjiż ġar tagħna – it-Tuneżija. Fost l-oħrajn, MaltaRightNow.com ħabbar li ma kien hemm l-ebda Malti jew Maltija fil-lista tal-vittmi tal-attakk.
Aqra: L-ebda Malti fil-lista tal-vittmi tal-attakk fit-Tuneżija
Intant, fi stqarrija l-Gvern qal li jinsab maħsub u mħasseb bl-attakki terroristiċi li seħħew ilbieraħ, filwaqt li kkundanna bla riserva kull forma ta’ terroriżmu. Anke’ l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija kkundanna l-attakki kollha tal-Ġimgħa.
Ritratt: wieħed mill-vittmi fl-attakk tat-Tuneżija
//= $special ?>