Lokali

Il-President b’ringrazzjament għall-programm ta’ Net Television ‘Eli & I Gold’ u l-pubbliku li pparteċipa

Il-programm ta’ Net Television ‘Eli & I Gold’ irnexxielu jiġbor €35,203 b’risq il-Malta Community Chest Fund

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca fi stqarrija rringrazzjaw lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li kkotribwixxew waqt il-programm ta’ Net Television ‘Eli & I Gold’ li xxandar il-Ħamis li għadda u li matulu nġabret is-somma ta’ €35,203 b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Il-President rringrazzjat ukoll lill-preżentatriċi ta’ Net Television Elaine Agius għall-ħiliet tagħha biex seta’ sar dan il-programm u li b’hekk, inġabru flus biex tibqa’ tingħata għajnuna li tant Malin u Għawdxin qed jiġu bżonn mill-Malta Community Chest Fund
.
Il-President Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat ukoll lill-Kap Eżekuttiv ta’ Media.Link Communications Brian St. John kif ukoll lill-istazzjon kollu, il-crew u l-ħaddiema kollha ta’ Net Television, kif ukoll lill-kumpanija GO li ħadet ħsieb l-infrastruttura biex inġabru l-fondi permezz tat-telefonati u l-SMS.

Il-Malta Community Chest Fund hija l-unika fond nazzjonali li tagħti għajnuna finanzjarja għal kura speċjalizzata għall-mard tal-kanċer u għal kura speċjalizzata oħra li ma tistax tiġi offruta mill-Gvern. Dan il-fond isostni wkoll nies oħra li jkollhom sfidi oħra kbar bħal ma hu l-faqar.

Il-Malta Community Chest Fund qed toħroġ kwart ta’ miljun ewro fix-xahar biex tlaħħaq mad-domanda qawwija ta’ nies fosthom tfal li qed jiġu bżonn il-kura speċjalizzata.

Dan hekk kif il-Malta Community Chest Fund qed tirċievi medja ta’ 200 applikazzjoni ġdida minn nies li qed jitolbu għall-għajnuna.

Intant, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca irringrazzjat lil kull min qed jgħin għalhekk tirringrazzja mill-ġdid lil NET TV, u lill-Maltin u Għawdxin li kkontribwew waqt dan il-programm.

unnamed

333