Internazzjonali

Imxejjen attentat tal-ISIS f’Londra

Hemm siġurta kbira f’Londra wara rapporti li kien imxejjen attentat mill-ISIS f’Londra.
Skont rapport ta’ The Sun, l-ISIS kien qed jippjana li jisplodi bomba waqt parata militari s-Sibt għall-Armed Forces Day.
Skont il-Pulizija Ingliża, Ingliż minn Birmingham li kien konverta għall-Iżlam kien qed jippjana li jisplodi bomba waqt parata fin-Nofsinhar ta’ Londra. Fil-mira kien se jkun hemm suldati mill-istess reġiment ta’ Lee Rigby, is-suldat Ingliż li kien inqatel fit-22 ta’ Mejju tal-2013 li kien inqatel minn żewġ militanti Iżlamiċi quddiem il-bażi tiegħu f’Woolwich f’Londra.
Il-forzi tas-sigurta Ingliżi qed ikunu avżati biex ma jurux x’jaħdmu meta ma jkunux xogħol u kemm jista’ jkun ma jgħidu lil ħadd minħabba biża li jispiċċaw mira ta’ attakk.