Is-sit tal-aħbarijiet BBC qed jirrapporta kummenti ta’ raġel b’kunjom Malti li jistqarr mal-istess sit li jinsab inkwetat għall-kuġina tiegħu, ukoll b’kunjom Malti.
Is-sit BBC filfatt qed jirrapporta kummenti ta’ Chris Spiteri ta’ 29 sena minn Cardiff, Wales, li jistqarr li jinsab inkwetat għall-kuġina tiegħu, Lena Tanti, ukoll minn Cardiff u li bħalissa tinsab it-Tuneżija.
Spiteri jgħid lill-BBC li l-kuġina tiegħu, Lena Tanti, tinsab it-Tuneżija għal btala ma’ xi ħbieb, madanakollu ma jistax jagħmel kuntatt magħhha peress li l-mobile jinsab mitfi.
MaltaRightNow.com ikkuntattja kelliem mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li kkonferma li l-Ministeru qed jistħarreġ sabiex ikun stabbilit jekk din it-tfajla hijiex filfatt Maltija jew le, jew inkella jekk għandiex xi qraba f’Malta.
Ritratt: Lena Tanti (Facebook)
//= $special ?>