Il-Gvern ħabbar li wara evalwazzjoni li saret, ingħażlet il-kumpanija Vitals Global Healthcare bħala l-imsieħeb privat fil-public private partnership fil-qasam tas-saħħa, li se jinkludi l-iżvilupp, il-manutenzjoni, il-management u l-operazzjoni tas-siti tal-isptar San Luqa, l-isptar Karin Grech u l-isptar Ġenerali t’Għawdex.
Dan hekk kif illum delegazzjoni mill-Union Ħaddiema Magħqudin, immexxija minn Josef Vella, Segretarju Ġenerali tal-UĦM, kellha laqgħa importanti mal-Ministru Konrad Mizzi u mas-Segretarju Parlamentari Chris Fearne f’Kastilja.
Din il-laqgħa ntalbet sabiex jibdew id-diskussjonijiet dwar il-futur tal-ħaddiema fl-Isptar St. Luke’s u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex peress li għal dawn iż-żewġ sptarijiet se jsir Public Private Partnership (PPP).
Matul din il-laqgha, il-UĦM resqet diversi preokkupazzjonijiet tal-ħaddiema li jistgħu jintlaqtu filwaqt li wkoll resqet numru ta’ punti sabiex ikun hemm is-salvagwardji kollha tal-kundizzjonijiet u l-interessi tal-ħaddiema.
Intlaħaq ukoll qbil li se jkun hemm sensiela ta’ laqgħat u negozjati mal-Ministru Konrad Mizzi u mas-Segretarju Parlamentari Chris Fearne f’dan ir-rigward.
Il-UĦM se tkompli żżomm kuntatt kontinwu ma’ dawn il-ħaddiema u se żżommhom infurmati b’kull żvilupp li jista’ jkun hemm.
//= $special ?>

