Internazzjonali

L-Italja tgħolli l-istat ta’ allert

Angelino Alfano, il-Ministru tal-Intern Taljan ħabbar li kien għolla l-livell ta’ allert tal-forzi tas-sigurta Taljani wara t-tliet attakki ta’ nhar il-Ġimgħa fit-Tuneżija, Franza u l-Kuwajt.
Alfano insista li dan kien qed isir bħala prekawżjoni peress li l-esperjenża turi li ebda pajjiż m’għandu garanzija li mhux se jispiċċa fil-mira.
Sergio Mattarella, il-President Taljan qal li dawn l-attakki għandhom isservu biex isaħħu r-rieda tal-kommunita internazzjonali u ħeġġeġ biex l-Unjoni Ewropea twarrba il-piki u polemiċi kif ukoll il-kalkoli quddiem il-prijorita tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Mattarella qal ukoll li l-firda u l-biża kienu jaħdmu fil-vantaġġ tat-terroriżmu.