Futbol Sport

Pieta’ Hotspurs jaħtru lil Patrick Curmi bħala kowċ ġdid tagħhom

Pieta’ Hotspurs ħatru lil Patrick Curmi bħala l-kowċ ġdid tagħhom, b’kuntratt ta’ sentejn u għażla għat-tielet sena.

Curmi jġib miegħu esperjenza kbira fix-xena tal-coaching. Fil-Premier hu mexxa’ lil-istess Pieta’ kif ukoll Marsaxlokk, Msida St. Joseph, Ħamrun Spartans, Lija Athletic, Marsa, Tarxien Rainbows u Birkirkara għal total ta’ 209 logħbiet.

Kien ukoll kowċ ta’ Lija Athletic, Marsaxlokk, Birżebbugia u St. Georges fl-Ewwel Diviżjoni.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).