MOTOGP: Il-leġġenda Taljana Valentino Rossi żamm sod għall-isfida taċ-Champion renjanti Marc Marquez biex rebaħ il-Grand Prix tal-Olanda u kabbar il-vantaġġ tiegħu fil-kampjonat tal-MotoGP għal 10 punti.
Is-sewwieq ta’ 36 sena li qed ifittex l-10 titlu mondjali tiegħu sa qabel it-tiġrija kien biss punt vantaġġ fuq Jorge Lorenzo.
L-Ispanjol Marquez li għandu 22 sena u li ma spiċċax iż-żewġ tiġrijiet preċedenti, mar quddiem b’seba’ dawriet għat-tmiem imma Rossi reġa’ ħa l-kmand tliet dawriet mit-tmiem.
Sieħeb Marquez, Lorenzo, li rebaħ l-erba’ tiġrijiet preċedenti daħal it-tielet.
Fi dwell mill-aktar interessanti Rossi ntlaqat fl-aħħar kantuniera minn Marquez u kien sfurzat jaqta’ min-naħa ta’ barra taċ-ċirkwit. Imma baqa’ fil-kontroll biex kiseb il-111-il rebħa tiegħu fi GP fil-klassijiet kollha u l-85 rebħa fil-MotoGP.
Fil-kategorija Moto3 l-Britanniku Danny Kent temm it-tielet u kabbar il-vantaġġ overall għal 57 punt. It-tiġrija ntrebħet mill-Portugiż Miguel Oliveira quddiem Fabio Quartararo.
Fil-Moto 2 il-Franċiż Johann Zarco rebaħ it-tielet tiġrija tiegħu mill-pole u kabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika għal 45 punt. L-Ispanjol Tito Rabat daħal it-tieni u żamm it-tieni post fil-klassifika ġenerali waqt li l-Britanniku Sam Lowes temm it-tielet.
//= $special ?>

