Internazzjonali

Se jagħlqu 80 moskea fit-Tuneżija

Tela’ għal 39 in-numru ta’ vittmi wara l-attakk f’bajja f’Sousse fit-Tuneżija, attakk li seħħ il-Ġimgha. Dan filwaqt li l-Gvern Tuneżin ħabbar li madwar 80 moskej madwar il-pajjiż se jingħalqu fi żmien ġimgħa.

Il-Prim Ministru tal-pajjiż, Habib Essid, qal li dawn il-moskej mhux biss joperaw barra mill-konfini tal-liġi, iżda jinċitaw il-vjolenza u jxerrdu l-velenu. Din l-aħbar mill-Prim Ministru Tuneżin issegwi l-attakk li seħħ f’bajja f’Sousse, attakk minn terroristi li ħalla mad-39 persuna mejta.

Essid qal li ċeru moskej jaħdmu sabiex ixerrdu l-velenu u jippromwovu t-terroriżmu filwaqt li qal li l-Gvern Tuneż se jkun impenjat li jikkontrolla bl-aktar mod effettiv kwalunkwe grupp fil-pajjiż li fil-ħidma tiegħu jmur kontra l-kostituzzjoni tal-pajjiż.

Agħfas hawn għal ritratti mill-attakk li seħħ fit-Tuneżija.