Hemm rabja fl-Unjoni Ewropea għad-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras.
Dan wara li Tsipras ħabbar li kien se jsejjaħ referendum f’Lulju dwar jekk għandux jaċċetta l-proposti biex il-Greċja tingħata l-flus li għandha bżonn biex tevita l-falliment. Falliment li jista’ jseħħ nhar it-Tlieta peress li din hi d-data meta l-pajjiż irid irodd lura l-flus.
Sa’ qabel id-dikjarazzjoni ta’ Tsipras, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker kien xi ftit ottimist li setgħet tinstab soluzzjoni.
Dan hekk kif is-Sibt kellha ssir laqgħa oħra tal-Ministri tal-Finanzi taż-żona ewro fi sforz li jsibu soluzzjoni.
Id-dikjarazzjoni ta’ Tsipras wasslet biex jinġabru follol ta’ nies madwar l-ATMs biex joħorġu flushom mill-banek. Xi ħaġa li diġa kienet wasslet biex il-Banek Griegi jingħataw l-għajnuna mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Meta ħabbar ir-referendum tal-5 ta’ Lulju, Tsipras għamilha ċara li hu kien kontra l-kundizzjonijiet li qed tingħata l-Greċja biex tingħata aktar flus beix issalva mill-falliment.
//= $special ?>