Ambaxxati u Kummissarju Għolja għal Malta jirrappurtaw lil pajjiżhom bl-aħbar li Peter Paul Zammit, inkarigat mis-sigurtà taċ-CHOGM, inqabad jikkopja files personali
Id-diversi Ambaxxati, Kummissarji Għolja għal pajjiżna u Konsolati akkreditati għal pajjiżna tul din il-ġimgħa kellhom jittrasmettu lejn pajjiżhom l-aħbar li l-eks-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit, il-persuna mqabbda direttament mill-Gvern biex jikkoordina s-sigurtà waqt il-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stati membri tal-Commonwealth (CHOGM) ma kienx fit for purpose kif akkużatu l-Oppożizzjoni Nazzjonalista biex jaqdi dan ir-rwol sensittiv u delikat.
Dan wara li l-eks-Kummissarju tal-Pulizija Zammit instab ħati li kiser il-Liġi dwar il-Ħarsien tal-Privatezza. Hu nstab ħati mill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data appuntat mill-Gvern preżenti u li fid-deċiżjoni tiegħu immulta lil Peter Paul Zammit is-somma ta’ €500. Fil-jiem li għaddew il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data sab ħati lill-eks-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit li illegalment ikkopja materjal minn file tal-Pulizija biex kien mgħoddi lil sezzjoni tal-media li sussegwentement użat l-istess materjal fil-Qorti f’kawża kontra l-Ispettur tal-Pulizija Elton Taliana.
Invista ta’ dan il-fatt li seħħ aktar kmieni matul din il-ġimgħa, bosta kienu dawk li saħqu li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu immedjatament ineħħi lill-eks-Kummissarju Peter Paul Zammit mill-kariga li jokkupa għaliex biċ-ċar u bl-aġir tiegħu wera li mhux biss hu ta’ imbarazzament għall-Gvern iżda wkoll ta’ theddida serja għas-serħan tal-moħħ taċ-ċittadini.
Il-kariga li jokkupa Peter Paul Zammit bħala l-koordinatur tas-servizzi ta’ sigurtà meħtieġa waqt is-Summit taċ-CHOGM li mistenni jsir f’Malta f’Novembru li ġej, tirrikjedi mhux biss serjetà u integrità kbira fil-qadi tad-doveri, iżda professjonalità kbira f’dak kollu li b’xi mod jew ieħor għandu x’jaqsam mas-sigurtà.
Aktar dettalji fil-gazzetta il-mument
//= $special ?>