Lokali

Bħalissa: Tfittxija intensiva mill-Pulizija f’Għawdex għal raġel rappurtat nieqes

MaltaRightNow.com jinstab infurmat li bħalissa l-Pulizija f’Għawdex tinsab għaddejja b’tfittxija intensiva għal Charlie Calleja, raġel ta’ 60 sena minn Ta’ Sannat li lbieraħ ġie rrappurtat nieqes.

L-aħħar li deher, huwa kien liebes flokk u shorts ta’ kulur blu. Calleja huwa ta’ statura medja u twil madwar 173cm.

Matul il-ġurnata t-tfittxija kienet għaddejja b’mod speċjali fl-inħawi f’Ta’ Ċenċ, fejn għal xi ħin saħansitra ssejħet l-għajnuna ta’ ħelikopters.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar Calleja jista’ jagħddiha lill-Pulizija, anka b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija: 21 224 001-9 jew Crime Stop 119.

Wieħed jista’ anke jagħddi informazzjoni fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.