Sport

Għawm: Imwaqqfa żewġ rekords nazzjonali

Matul il-ġurnata tas-Sibt, waqt l-ewwel jum tal-kampjonati nazzjonali ġew imwaqqfa żewġ rekords nazzjonali. L-ewwel rekord nazzjonali li nkiser kien dak fil-50m Freestyle fejn l-għawwiema ta’ 21 sena Nicola Muscat għamlet ħin ta’ 26.40’.

It-tim ta’ Sliema Aquatic Sports Club kompost minn Julian Harding, Raoul Stafrace, Gabriel Dimech, u Matthew Galea li ħadu sehem fil-4x50m freestyle għamlu ħin ta’ 1.35.87’.

Ta min jinnota li kien hemm ukoll Age Group rekord fil-Kategorija Ċ ta’ Francesca Falzon li fil-50 m freestyle li għamet f’ħin ta’ 28.01’.