Il-Bank Ċentrali Ewropew illum qal li se jkompli bil-finanzjament tal-emerġenza għall-banek tal-Greċja fuq l-istess livell li kien miftiehem nhar il-Ġimgħa.
Il-Bank Ċentrali Ewropew fl-istess ħin spjega li jinsab lest biex jirrevedi d-deċiżjoni dwar l-Għajnuna ta’ Emerġenza u li se jaħdem mill-qrib mal-Bank tal-Greċja. Intant, l-osservaturi qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew mhux jipprovdi l-għajnuna addizzjonali lill-Greċja u issa mistennija pressjoni kbira għall-kontrolli fuq il-kapital.
Il-banek Griegi jiddependu ħafna fuq il-faċilita tal-Bank Ċentrali Ewropew magħrufa bħala Emergency Liquidity Asset. F’kaz li titwaqqaf din il-faċilita, il-Greċja tista’ tispiċċa barra miz-zona ewro.
Fl-aħħar ġimgħat, il-Griegi rtiraw biljuni ta’ ewro mill-banek u fi tmiem il-ġimgħa is-sriebet twal tan-nies reġgħu ffurmaw madwar il-cashpoints fid-diversi bliet tal-Greċja, fost l-inkwiet li l-banek, għada, ma jiftħux.
Il-Ministru tal-Finanzi Awstrijak, Hans Joerge Schelling qed jgħid li l-ħruġ tal-Greċja miz-zona ewro illum qed jidher kważi inevitabbli, iżda imkejjen oħra qed jiċħdu li s-sitwazzjoni hi waħda irriversibbli.
//= $special ?>