Lokali

Sewwieq ta’ 68 sena jsofri ġrieħi ħfief wara ħabta bil-mutur

habta
Incident

Sewwieq ta’ mutur Honda CB 600 Hornet sofra ġrieħi ħfief meta għall-ħabta tal-11.15 kien involut f’impatt ma’ vettura tat-tip Fiat Punto misjuqa minn mara ta’ 46 sena mir-Renju Unit.

Fuq il-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei li assista lis-sewwieq tal-mutur, ta’ 68 sena minn Marsaskala. Madankollu hu ma kellux bżonn jittieħed l-isptar u ntbagħat għall-kura fl-eqreb ċentru tas-saħħa.

Iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu lejn it-terminal taċ-Ċirkewwa.