L-awtoritajiet fit-Tajwan qed jinterrogaw lill-organizzaturi ta’ hekk-imsejjaħ colour party li sar fi tmiem il-ġimgħa ġo park tad-divertiment barra Tajpej. Dan wara li ‘l fuq minn 500 psersuna indarbu b’kaġun tan-nirien li qabdu għall-għarrieda fl-inħawi.
Mifhum li l-inċident seħħ meta xi trab ikkulurit qabad meta kien sparat minn fuq il-palk għal ġol-udjenza, bin-nies jinqabdu f’dagħdigħa ta’ kaos u konfużjoni. Ir-rapporti qalu li aktar minn 180 persuna, fil-parti kbira żgħażagħ, li spiċċaw maħruqa qed jinżammu l-isptar għall-kura intensiva.
//= $special ?>