Internazzjonali

It-terrorist fl-attakk ta’ Franza bagħat ‘selfie’ mar-ras li ħanxar

Ir-raġel suspettat li wettaq l-attakk ta’ nhar il-Ġimgħa fl-inħawi ta’ fabbrika qrib il-belt Franċiża ta’ Lyon bagħat stessu fuq it-telefon ċellulari tiegħu li jurih qed jippoża mar-ras maqtugħa tal-imgħallem tiegħu.

Mifhum li r-raġel, Yassin Salhi, ta’ 35 sena, bagħat dan l-istessu lil numru tat-telefon Kanadiż permezz tas-servizz tal-WhatsApp, b’dan iseħħ ftit wara l-attakk fil-fabbrika. Il-katavru tal-imgħallem tiegħu, li kien jismu Herve Cornara, instab maġenb xi bnadar tal-Iżlamiċi f’dik iz-zona. Intant, is-suspettat, Yassin Salhi, hu akkużat li saq vettura direttament għal ġo kwartier tal-fabbrika fejn kien qed jinżamm il-materjal li jaqbad malajr u fejn kien ikkaġuna splużjoni.

Il-Pulizija ma sabet l-ebda skop wara dan l-attakk jew konnessjoni ma’ xi entita barranija. Madankollu, il-President ta’ Franża, Francois Hollande, fi tmiem il-ġimgħa ltaqa’ b’urġenza mal-Ministri tiegħu biex jiddiskuti s-sigurta f’pajjiżu.

Ritratt: il-vittma Hervé Cornara