“Se nibqa’ nħobbok għal dejjem.”
Kienu dawn il-kliem ta’ Doreen Farrugia, mart Chrisopher, missier ta’ żewġt’itfal residenti Birżebbuġia li tilef f’ħajtu traġikament f’inċident bil-mutur tant għal qalbu l-Ħadd filgħodu
Il-mijiet ta’ messaġġi li waslu lill-familja wara din it-traġedja, huma xhieda ta’ kemm kien maħbub Christoper.
“Kien anġlu. Kwiet, qatt ma jaqla’ inkwiet u raġel tal-familja li kellu passjoni speċjali għall-muturi,” fisser wieħed mill-ħbieb tiegħu, ixxukkjat mill-aħbar.
Farrugia, li kellu 45 sena, kien flimkien ma’ tnejn minn sħabu, bil-muturi tagħhom sejrin lejn bar fejn soltu jiltaqgħu grupp ta’ sewwieqa qabel id-dawra ta’ nhar ta’ Ħadd.
Imma f’kantuniera ta’ Triq l-Imġarr sab ma’ wiċċu karozza tal-linja. L-impatt kien inevitabbli, bi Chris spiċċa jtir bil-mutur b’kollox u jintlaqat ukoll minn jeep misjuqa minn koppja Taljana qabel spiċċa mal-ġenb tat-triq.
L-aħbar ixxukkjat lil ħafna, b’numru ta’ kollegi tiegħu fuq ix-xogħol jiddeskrivuh bħala “kollega ta’ vera” li kulħadd kien jieħu gost jaħdem miegħu.
Imma fuq kollox jispikkaw il-messaġġi dwar l-imħabba speċjali li Chris kellu għal martu u ż-żewġ uliedu.
//= $special ?>


![IMG_0171[1]](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2015/06/17062857/IMG_01711.jpg)