Jibda jitħejja abbozz ta’ leġizlazzjoni bl-iskop li jissaħħu d-drittijiet u l-obbligi taċ-ċiklisti fit-toroq Maltin.
Leġizlazzjoni li se tkun diskussa mal-għaqdiet kollha involuti u li s-Sibt kienet trattat waqt attivita’ ċiklistika f’Tas-Sliema.
Minkejja l-mijiet ta’ ciklisti li jipprattikaw dan l-isport, il-pajjiż għandu m’għandux leġizlazzjoni meħtieġa.
Quddiem is-sitwazzjoni fit-toroq Maltin il-Bicycle Advocacy Group qed iniedi kampanja beix ikun hemm iktar bilanċ fit-toroq bejn iċ-ċiklisti u l-karrozzi. Kampanja li diġa bdiet tkun implimentata f’Tas-Sliema fejn il-Kunsill Lokali se jwaħħal numru ta’ sinjali biex titkttar il-kuxjenza favur id-dirttijiet tac-ċikloisti fit-toroq Maltin.
Ara l-filmat b’kummenti tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali, ż-Żgħażagħ u l-Isport David Agius kif ukoll kummenti ta’ numru ta’ ċiklisti, fosthom ta’ Pawlu Attard, ċiklist ta’ 81 sena determinat li jibqa’ jipprattika l-isport favorit tiegħu.
//= $special ?>

