Tifla ta’ ħames snin sofriet ġrieħi ħfief u ttieħdet għall-kura fl-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ ftit wara s-siegħa ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Kappillan Mifsud, fil-Ħamrun.
Jirriżulta li għal xi raġuni vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 45 sena, residenti San Ġiljan, tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’Toyota hilux li kienet ipparkjata fil-ġenb tat-triq. It-Toyota Vitz bl-impatt daret u waqfet mal-bankina.
Fortunatament mal-impatt infetħu l-air bags tal-Vitz u s-sewwieqa ħelsitha bi ġrieħi ħfief.
//= $special ?>

