Futbol Sport

Erba’ akkwisti minn Kerċem Ajax

Kerċem Ajax ħabbru l-ewwel erba’ akkwisti għall-istaġun li ġej:

– Adrian Parnis: Goalkeeper ta’ 24 sena li matul l-istaġun li għadda kien qed jilgħab għal Xewkija Tigers. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Sannat Lions.

– Charles Mercieca: Difensur ta’ 32 sena li riċentament kien qed jilgħab għal Nadur Youngsters. Matul il-karriera tiegħu rebaħ diversi unuri tal-GFA Player of the Month u lagħab ukoll għal St. Lawrence u Għajnsielem.

– Shaun Attard: Midfielder żagħżugħ ta’ 20 sena mingħand Oratory Youths. Fil-passat lagħab għal Gozo F.C. u kien ukoll ma’ Xewkija Tigers u Victoria Hotspurs.

– Christian Cardona: Midfielder żagħżugħ li riċentament kien jilgħab ma’ Oratory Youths. Fil-passat kien reġistrat ukoll bħala plejer ta’ Xewkija Tigers.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).