Malti ta’ 38 sena sofra minn ġrieħi gravi f’rasu waqt ġlieda li nqalgħet dalgħodu f’San Ġiljan. Madankollu, fortunatament hu ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Il-ġlieda seħħet għall-ħabta tad-9am, fi Triq San Ġorġ, fiż-żona ta’ Paceville, bejn il-Malti u Ingliż. Jidher li matul il-ġlieda ntużat sikkina u injama, li tħallew imċappsin bid-demm fil-post tal-inċident.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil Malti l-isptar Mater Dei għall-kura. Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>

